Alessia Marcuzzi (Ruma, 11 ta' Novembru 1972) hija attriċi u preżentatriċi Taljana.
Ikkonduċiet diversi programmi televiżivi. Il-karriera tagħha bdiet f'Tele MonteCarlo fejn inizzjalment ikkonduċiet Attendi al dettaglio u kienet parteċipanta fil-programm Qui si gioca. Suċċessivament ipparteċipat fi programm għaż-żgħażagħ Amici Mostri u Novantatrè flimkien ma' Umberto Smaila. Fl-1994, flimkien ma' Gigi Sabani, ippreżentat il-programm Il grande gioco dell'oca fuq Rai Due u wara għaddiet għal Mediaset fejn ikkonduċiet Colpo di Fulmine.
Minn dakinhar ippreżentat trażmissjonijiet bħall-Festivalbar (f'7 edizzjonijiet), Fuego, Mai dire Gol, u bejn l-2001 u l-2006 ippreżentat Le Iene flimkien ma' Paolo u Luca. Wara li fl-2005 ikkonduċiet edizzjoni ta' Scherzi a parte flimkien ma' Diego Abatantuono u Massimo Boldi, fl-2006 ħadet post Barbara d'Urso fil-preżentazzjoni tal-Grande Fratello, li għadha tospita sal-lum il-ġurnata.
Bejn l-2004 u l-2006 kienet protagonista tas-serje Carabinieri, filwaqt li fl-2007 ħadmet fid-drama Il giudice Mastrangelo 2 maġenb Diego Abatantuono u Antonio Catania.
Għandha żewġt itfal, Tommaso, li twieled f'April tal-2001 minn relazzjoni mal-futboler Simone Inzaghi, u tifla bl-isem ta' Mia, li kellha f'Settembru tal-2011 minn relazzjoni ma' Francesco Facchinetti.