Ambra Sabatini | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Twelid | Livorno, 19 Jannar 2002 (23 sena) |
Nazzjonalità | Italja |
Residenza | Porto Ercole |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | atleta tal-Logħob Paraolimpiku |
Premjijiet |
List
|
Ambra Sabatini (Livorno, twieldet fid-19 ta' Jannar 2002) hija atleta Paraolimpika Taljana.
Twieldet fl-2002 f'Livorno, iżda trabbiet u hija residenti f'Porto Ercole. Tipprattika l-isport minn mindu kienet żgħira, l-ewwel l-iskejzjar għal sentejn, imbagħad il-volleyball għal sitt snin, u fl-aħħar nett fl-atletika fit-tlielaq fuq distanza medja.[1][2] Fil-5 ta' Lulju 2019, hi u sejra għal taħriġ tal-atletika f'Grosseto, l-iscooter li kienet fuqu u li kien qed isuq missierha ntlaqat minn karozza li daħlet fil-korsija tagħhom: b'konsegwenza ta' dan l-inċident, kellhom jamputawlha r-riġel tax-xellug min-naħa ta' fuq tal-irkoppa. Wara r-riabilitazzjoni, mill-ewwel bdiet tipprattika l-għawm u ċ-ċikliżmu, peress li inizjalment ma kellhiex protesi għall-ġiri: din waslitilha fl-2020, u b'hekk setgħet terġa' tibda ttellaq fl-atletika, l-ewwel fil-kampjonati Taljani Paraolimpiċi b'riżultati mill-aqwa, u mbagħad saħansitra fil-Grand Prix ta' Dubai fejn ħadet sehem fil-100 metru wita tal-kategorija T63 f'14"59, fejn irreġistrat ir-rekord dinji Paraolimpiku ġdid, li kien validu għall-kwalifikazzjoni għal-Logħob Paraolimpiku ta' Tokjo, il-Ġappun, tal-2020.
F'dak il-Logħob, fl-ewwel parteċipazzjoni tagħha, rebħet il-medalja tad-deheb u kisret ir-rekord dinji tagħha stess b'ħin ta' 14"11, qabel l-atleti Taljani l-oħra Martina Caironi u Monica Graziana Contrafatto.[3] Fit-13 ta' Lulju 2023 rebħet il-medalja tad-deheb fil-Kampjonat Dinji ta' Pariġi, fejn irreġistrat ir-rekord dinji (din id-darba b'ħin ta' 13"98) qabel iż-żewġ atleti Taljani tat-tim tagħha.[4]
Sena | Avveniment | Sede | Tip | Riżultat | Prestazzjoni |
---|---|---|---|---|---|
2021 | Logħob Paraolimpiku | Tokjo | 100 metru wita T63 | Deheb | 14"11 |
2023 | Kampjonat Paraolimpiku Dinji | Pariġi | 100 metru wita T63 | Deheb | 13"98 |
Kullar tad-deheb għall-mertu sportiv
— Ruma, l-20 ta' Diċembru 2021[5]
Grifun tad-deheb
— Grosseto, l-10 ta' Awwissu 2022[6]