Andromaqi Gjergji | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Korçë, 20 Mejju 1928 |
Nazzjonalità | Albanija |
Mewt | Tirana, 8 Lulju 2015 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | etnologu |
Andromaqi Gjergji (20 Mejju 1928 – 8 Lulju 2015) kienet etnologa Albaniża li speċjaliżżat fl-ilbies Albaniż tradizzjonali.
Gjergji twieldet Korçë fl-1928. Hi studjat l-istorja u l-filoloġija f'Tirana, il-belt kapitali tal-Albanija, u saret professur fl-Istitut tal-Kultura Folkloristika fl-1993. Hi ppubblikat ħafna dwar il-kultura Albaniża, u għandha 'l fuq minn 130 pubblikazzjoni fuq l-ilbies Albaniż. Albanian Costumes through the Centuries ġie ppublikat fl-2004.
Sabet li l-ewwel evidenza arkeoloġika għaż-żarbun Albaniż Opinga kienet mis-seklu 5-4 Q.K. li jindika li kien element fil-kultura Illirika.[1]
Gjergji mietet f’Tirana fl-2015.