![]() |
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Antonio Pennacchi | |
---|---|
![]() Pennacchi fl-2010 | |
Ħajja | |
Twelid | Latina, 26 Jannar 1950 |
Nazzjonalità | Italja |
Mewt | Latina, 3 Awwissu 2021 |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (infart tal-mijokardju) |
Familja | |
Aħwa |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | La Sapienza |
Lingwi | Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb |
Xogħlijiet importanti |
The Mussolini Canal (en) ![]() |
Premjijiet |
List
|
Antonio Pennacchi huwa kittieb Taljan. Twieled fis-26 ta' Jannar 1950 fil-belt ta' Latina, fir-reġjun ta' Lazio. Huwa miet fit-3 ta' Awwissu 2021.
F'żogħżitu, Pennacchi kien ħaddiem fil-fabrika ta' Alcatel Cavi, iżda kien ukoll attiv fil-politika, l-ewwel fi ħdan il-partit lemini tal-MSI u mbagħad fil-Partit Marxista-Leninista Taljan. Bejn is-snin 70 u t-tmeninijiet ingħaqad mal-Partit Soċjalista Taljan u kien involut ħafna fil-qasam trejdunjonistiku maċ-CGIL u mbagħad mal-UIL. Fl-1983, waqt li kien bis-sensja, iggradwa fil-Letteratura u fil-Filosofija biex imbagħad beda karriera bħala kittieb. Iddebutta fl-1995 bil-ktieb Mammut, segwit minn Palude. Storia d'amore, di spettri e di trapianti. Fl-2003 huwa ppubblika Il fasciocomunista. Vita scriteriata di Accio Benassi, rumanz awtobijografiku li fuqu huwa bbażat il-film Mio figlio è figlio unico (2007), taħt id-direzzjoni ta' Daniele Luchetti. Fl-2010 ippubblica Canale Mussolini, finalist fil-Premju Campiello u rebbieħ tal-Premju Strega. Wara dan ġew Storia di Karel (2013), Camerata Neandertal. Libri, fantasmi e funerali vari (2014), Canale Mussolini. Parte Seconda (2015), Il-delitto di Agora (2018), interpretazzjoni mill-ġdid tat-thriller Una nuvola rossa ippubblikat fl-1998, u La strada del mare (2020).
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Antonio Pennacchi (Antonio Pennacchi) |