Carmelo Scicluna | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
15 Marzu 1875 - ← Gaetano Pace Forno - Pietro Pace → Dioceses: djoċesi ta' Malta
15 Marzu 1875 - Dioceses: titular see of Rhodus (en)
| |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Ħal Qormi, 3 Awwissu 1800 | ||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||
Mewt | 12 Lulju 1888 | ||||||
Post tad-dfin | Katidral ta’ San Pawl | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni |
saċerdot Kattoliku Isqof Kattoliku |
Carmelo Scicluna (3 ta’ Awwissu 1800 – 12 ta’ Lulju 1888) kien prelat u konti Malti li serva bħala Arċisqof Titulari ta’ Rodi u Isqof ta’ Malta mill-1875 sal-1888.[1]
Scicluna twieled Ħal Qormi fit-3 ta’ Awwissu 1800. Ġie ordnat saċerdot fl-1824 u 51 sena wara ġie kkonsagrat bħala Isqof ta’ Malta mnn Francesco Convert, Arċisqof ta’ Reggio Calabria.[2] Inħatar ukoll bħala l-Arċisqof Titulari ta’ Rodi.
Fl-1880 l-Arċisqof Scicluna ordna li minn dik is-sena, il-purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira ssir nhar il-Ġimgħa minflok Ħamis ix-Xirka.[bżonn referenza]
L-Arċisqof Scicluna miet fit-12 ta’ Lulju 1888, fl-età ta’ 87 sena. Kien ilu 13-il sena Isqof ta’ Malta. Il-funeral tiegħu sar fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta u ġie midfun fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina.[3]