Dan l-artiklu dwar l-arkitettura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi huwa ċentru tal-konferenzi fil-Belt Valletta, Malta. Il-bini nbena bħala sptar fis-seklu 16 mill-Ordni ta' San Ġwann, u kien magħruf bħala s-Sacra Infermeria jew l-Infermerija Mqaddsa (Il-Furmarija). Kien magħruf bħala l-Isptar il-Kbir matul l-okkupazzjoni Franċiża ta' Malta u matul il-perjodu Ingliż kien imsemmi bħala Station Hospital.
Kien wieħed mill-isptarijiet ewlenin fl-Ewropa sas-seklu 18, u baqa’ jintuża sal-1920. Kellu kapaċità li jżomm minn 500 sa 2,500 pazjent. Il-bini issa jintuża għal diversi banquets, wirjiet, konvenzjonijiet internazzjonali u wirjiet teatrali.