Evarist Bartolo

Evarist Bartolo
14. Ministru għall-Affarijiet Barranin

15 Jannar 2020 - 26 Marzu 2022
Carmelo Abela (en) Translate
Ministru tax-Xogħol u l-Edukazzjoni

13 Marzu 2013 - 15 Jannar 2020
Dolores Cristina (en) Translate - Owen Bonnici
Ministru tax-Xogħol u l-Edukazzjoni

28 Ottubru 1996 - 6 Settembru 1998 - Louis Galea
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

4 April 1992 - 26 Marzu 2022
membru tat-13-il Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta


District: 10 Distrett
Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
Ħajja
Twelid Mellieħa, 14 Ottubru 1952 (72 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Evarist Bartolo (Mellieħa, 14 ta' Ottubru 1952) huwa l-Ministru tal-Edukazzjoni attwali ta' Malta. Kien ukoll Ministru tal-Edukazzjoni mill-1996 sal-1998. Huwa edukatur u ġurnalist u politiku Malti fi ħdan il-Partit Laburista.

Tfulija u żgħożija

[immodifika | immodifika s-sors]

Missier Bartolo kien għalliem tal-Primarja, u Bartolo trabba f'familja reliġjuża ħafna. Kien jgħallem il-Bibbja lit-tfal, u kien ukoll attiv f'għaqdiet reliġjużi bħall-Azzjoni Kattolika, iż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara u l-Leġjun ta' Marija.

Fl-1975 Bartolo ggradwa mill-Università ta' Malta b'Baċellerat fil-Letteratura Ingliża, u fl-1984 rebaħ borża ta' studju għal diploma fil-ġurnaliżmu mill-Università ta' Stanford. Sentejn wara ggradwa b'Masters fl-Edukazzjoni mill-Università ta' Cardiff.

Ġurnalist u edukatur

[immodifika | immodifika s-sors]

Bartolo ħadem għal tliet snin bħala għalliem fil-Kulleġġ De La Salle, erba' snin bħala ġurnalist mal-istazzjon nazzjonali, u għaxar snin bħala editur u kap tal-aħbarijiet fil-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista.

Kien biss wara li esplora l-kitbiet u l-politika ta' ħassieba bhal Karl Marx, Mahatma Gandhi, Vladimir Lenin, u Martin Luther King Jr. li beda jifhem liema partit kien jirrappreżenta dak li jemmen fih. Bartolo jgħid li ż-żmien li għamel jaħdem mal-attivist ta' kontra l-Mafja Danilo Dolci ukoll għenu f'din il-formazzjoni tiegħu: "Twelidt f'familja Nazzjonalista, iżda għazilt li nħaddan lill-Partit Laburista għax il-valuri tiegħu ta' ġustizzja soċjali, libertajiet ċivili, u l-impenn favur l-interess ta' Malta huma l-valuri li nemmen fihom jien.. Dħalt fil-politika bit-tama li dak li nagħmel itejjeb, għall-inqas imqar ftit, il-ħajja ta' madwarna."

Il-Liġi tad-Divorzju

[immodifika | immodifika s-sors]

Bartolo ħadem mad-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando fuq abbozz ta' liġi tad-divorzju, u flimkien miegħu u ma' Deborah Schembri, mexxa b'suċċess il-kampanja tal-"Iva", biex id-divorzju sar legali fl-2011.

Il-qasam Edukattiv

[immodifika | immodifika s-sors]

Bartolo kien Ministru tal-Edukazzjoni mill-1996 sal-1998 fl-Amministrazzjoni ta' Alfred Sant. Bartolo ħadem biex ipoġġi l-problemi tal-illiteriżmu u l-falliment edukattiv fuq l-aġenda tal-pajjiż, biex iżjed tfal u żgħażagħ jirnexxu fl-edukazzjoni.

Nhar it-13 ta' Marzu 2013 huwa reġa' nħatar Ministru tal-Edukazzjoni fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 li saru ħamest ijiem qabel.

Drittijiet Ċivili

[immodifika | immodifika s-sors]

Bejn l-2008 u l-2013 huwa kien il-Kelliem Laburista għall-Edukazzjoni u d-Drittijiet Ċivili, u tkellem favur id-drittijiet tan-nisa, tal-omosesswali u tal-immigranti fost l-oħrajn.

Predeċessur
Michael Falzon (PN)
Ministru tal-Edukazzjoni
1996-1998

Suċċessur
Louis Galea

Predeċessur
Dolores Cristina
Ministru tal-Edukazzjoni
2013-

Suċċessur
kariga attwali