Data meta nħoloq | 1876 |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Marsaxlokk |
Koordinati | 35°49′26″N 14°33′27″E |
Propjetarju | Gvern ta' Malta, Heritage Malta |
Ikkummissjonat minn | Imperu Brittaniku |
Operatur | Heritage Malta |
Sit uffiċjali | https://heritagemalta.mt/explore/fort-delimara/ |
Maintained by | Heritage Malta |
Category for the view from the item | Category:Views from Fort Delimara |
Il-Fortizza ta' Delimara hija forti poligonali f'Marsaxlokk, Malta. Din inbniet bejn l-1876 u l-1888 mill-Ingliżi bħala parti minn katina ta’ fortifikazzjonijiet maħsuba biex jipproteġu l-Port ta’ Marsaxlokk. Illum, il-fortizza għada teżisti, iżda għandha bżonn ta' restawr, u tinsab fil-periklu li taqa' minħabba l-erożjoni tal-kosta.
Il-forti nbniet bejn l-1876 u l-1878 mill-Ingliżi.[1] Il-bieb prinċipali għandu data tal-1881, iżda din hija d-data tat-tlestija tal-gatehouse, mhux il-forti kollha.
Il-Fortizza ta' Delimara kienet wieħed minn ċirku ta’ fortizzi u batteriji li jipproteġu l-port ta' Marsaxlokk, flimkien mal-Fortizza Tas-Silġ mit-tarf tax-xatt sal-ponta ta’ Delimara, il-Forti San Luċjan f’nofs il-bajja ta’ Marsaxlokk, il-Fortizza ta' Bengħisa fuq il-Ponta ta’ Bengħisa, u il-batteriji Pinto u Ferreti fuq ix-xatt tal-Bajja ta’ Marsaxlokk.
It-Torri ta’ Delimara tas-seklu 17 fil-viċin, twaqqa’ biex tittejjeb l-linja tal-attakk mill-Forti Delimara.[2]
Fid-29 ta’ Marzu 1903, bombi difettużi, li kienu maħżuna fil-Fortizza ta' Delimara qabel ma jinqerdu, splodew aċċidentalment meta xi tfal bagħbsu bomba biex jipprovaw jiftħuha, u qatlu erbgħa min-nies.[3]
Fl-1956 il-maġġoranza tal-artillerija tneħħiet mill-fortizza. Ftit wara kienet abbandunata għal perjodu konsiderevoli, u fl-1975 nkriet mill-Gvern ta’ Malta lil bidwi lokali, li użha biex irabbi l-ħnieżer bejn l-1982 u l-2005.[4]
Wara negozjati fit-tul, il-Forti Delimara kienet trasferita lil Heritage Malta fil-11 ta’ Awwissu 2005. L-aġenzija tħallas kera annwali ta’ €764 lill-gvern għall-fortizza.[5] Minkejja li kienet tintuża bħala razzett tal-ħnieżer u maż-żmien kien akkummulat ammont ta' żibel moderni, il-forti għad fiha erba' mill-erbatax il-kanun Vittorjan ta' 12.5-il pulzier ta' immuntati fuq karettuni żgħar.[1][4]
Is-sit jinsab f'kundizzjoni mitluqa u huwa taħt ir-responsabbiltà ta' Heritage Malta.[1] Hemm pjanijiet biex il-fortizza tiġi restawrata u jinfetaħ bħala mużew, iżda dawn għadhom ma mmaterjalizza. Bħalissa il-fortizza mhix miftuħa għall-pubbliku.
Il-Fortizza ta' Delimara fil-biċċa l-kbira tagħha hija mibnija taħt l-art, bil-kanuni prinċipali immuntati f'casamatti imqiegħda fl-irdumijiet max-xatt tal-Ponta ta' Delimara. Il-parti li tidher fuq l-art hija forti poligonali, eżagonali fit-truf, b'fossijiet maqtugħin fil-blat fuq erba' naħat, u l-irdum vertikali bil-mod mgħawweġ li jifforma l-ħames u s-sitt naħat konvessi.[6] L-aperturi tal-ventilazzjoni u l-passaġġi ta’ aċċess huma mifruxa ma' wiċċ l-irdum, u anke fuq tal-Ponta ta' Delimara li tħares lejn il-baħar.
Esternament il-forti jinsab f'kundizzjoni tajba. Bħas-swar poligonali kollha f’Malta, l-uċuħ tal-ġebla tal-franka tal-iskarp u l-kontrascarp tnaqqru sostanzjalment minn meta kienu oriġinarjament maqtugħin, f’postijiet sa fond ta’ daqs metru. F'xi każijiet din l-erożjoni laħqet il-punt li l-revetting jiġġarraf fil-foss.[7]