Gjergj Pekmezi | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Pogradec, 23 April 1872 | ||
Nazzjonalità | Albanija | ||
Mewt | Vjenna, 4 Frar 1938 | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Università ta' Vjenna | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
lingwista diplomatiku għalliem fl-università | ||
Impjegaturi | Università ta' Vjenna |
Gjergj Pekmezi (23 April 1872 – 24 Frar 1938) kien lingwista, filosfu, folkorista u diplomatiku Albaniż. Fl-1916, sar membru tal-Kummissjoni Letterarja ta' Shkodër, li stabbiliet l-ewwel forma standardizzata tal-lingwa Albaniża.
Pekmezi twieled f'Tushemisht, Pogradec (illum l-Albania). Hemmhekk beda' l-ewwel studju tiegħu f'Ohrid u Monastir, u kompla għal Belgrad mill-1890 għall-1894. Ggradwa mill-Università ta' Vjenna ifil-filosofija u fil-filoloġija fl-1898. Wara li ggradwa, Pekmezi mar lura l-Albanija.
Fl-1903, Pekmezi ġie elett biex jidderieġi l-katidra tal-lingwa Albaniża fl-Università Orjentali ta' Vjenna.[1] Fl-1904, flimkien ma' Hile Mosi, Kolë Rrota u intellettwali Albaniżi oħra, huwa waqqaf is-soċjetà kulturali-patrijottika Dija (Għarfien). Fl-aħħar tal-perjodu Ottoman, l-Awstrija-Ungerija ssussidjat tnejn mix-xogħlijiet ta’ Pekmezi: Albanesische Bibliographie u Albanianische Grammatik.[2]
Matul il-ħarifa tal-1913, Pekmezi ħadem għall-kummissjoni tal-fruntiera fin-Nofsinhar tal-Albanija, u f'Marzu 1914 inħatar dragoman (interpretu/segretarju) fil-missjoni ġdida Awstro-Ungeriża f'Durrës. Fl-1916, kien membru ewlieni tal-Kummissjoni Letterarja Albaniża fi Shkodër taħt l-awspiċi tal-Awstro-Ungerija. F'April 1917, akkumpanja u ffaċilita lid-delegazzjoni ta' kapijiet u mexxejja Albaniżi li żaru Vjenna u li ltaqgħu mal-awtoritajiet Imperjali mistednin minn Ignaz Freiherr Trollmann.[3]
Mill-1920 sal-1924 u mill-1926 sal-1928, serva bħala konslu Albaniż fl-Awstrija. Fl-1924 ppubblika edizzjoni ġdida ta' Bleta Shqipëtare ta' Thimi Mitko bl-alfabett Albaniż modern. [4] Xogħol Pekmezi sar l-edizzjoni l-aktar magħrufa ta' Bleta Shqipëtare ta' dak iż-żmien.
Mill-1928 sa mewtu għallem l-Albaniż fl-Università ta' Vjenna.[5] Il-fergħa tal-Albanoloġija tal-Università ta' Vjenna ġġib ismu.[6]
Hemm skola sekondarja li tinsab f'Rruga Driloni, Pogradec, l-Albanija li jisimha Gjergj Pekmezi High School.[7]
Gjergj Pekmezi kien l-awtur ta':[5]