Katsiaryna Barysevich | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Staryja Darohi (en) , 2 Awwissu 1984 (40 sena) |
Nazzjonalità | Belarussja |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università Statali tal-Belarussja |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | ġurnalist |
Impjegaturi |
Komsomolskaya Pravda in Belarus (en) Tut.By (en) |
Premjijiet |
Katsiaryna Barysevich (twieldet fit-2 ta' Awwissu 1984) hija ġurnalista mill-Belarussja. Hija korrispondent impjegata mas-sit indipendenti tal-aħbarijiet Tut.By.[1] Hija ħadmet għar-Radju Ewropew għall-Belarussja u għal mezzi oħra tax-xandir. Fl-2020 għamlet rapportaġġ dwar il-mewt ta' Raman Bandarenka.[2] Fid-19 ta' Novembru 2020 ġiet arrestata fil-belt kapitali, Minsk.[3]
Fl-24 ta' Novembru 2020, l-organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem Amnesty International semmietha bħala priġunier tal-kuxjenza fil-każ ta' Bandarenka. Fl-istess jum, għaxar organizzazzjonijiet (iċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Viasna, l-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Belarussja, il-Kumitat Belarussu ta' Ħelsinki u oħrajn) għamla stqarrija konġunta u kklassifikawha bħala priġunier politiku.[4][5] Boris Haretski, il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Belarussja, qal li l-awtoritajiet ma kinux qed jiġġieldu kontra l-problema, iżda l-mezzi tax-xandir kienu qed iwettqu dak ix-xogħol: "Huma jaħsbu li jekk l-istampa ma tiktibx dwar Bandarenka, in-nies mhumiex se jsiru jafu dwaru. Ovvjament, huma jkunu jafu kollox, iżda l-mezzi tax-xandir xorta għadhom taħt attakk".[6]
Fl-10 ta' Diċembru 2020, issemmiet bħala l-Ġurnalista tas-Sena (2020). Fis-16 ta' Diċembru 2020, ingħatat ġieħ bħala priġunier politiku minn Cem Özdemir, Membru Parlamentari tal-Bundestag.[7][8][9]
Fit-2 ta' Marzu 2021, Barysevich ingħatat sentenza ta' sentejn u nofs ħabs u multa f'100 unità bażika talli rrapportat data personali dwar il-mewt ta' Raman Bandarenka matul il-protesti tal-2020-2021 fil-Belarussja kontra l-President Alexander Lukashenko.[10]
Fost l-oħrajn, is-sentenza ta' ħabs mogħtija lil Barysevich ġiet ikkundannata mill-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti, mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti u mill-Istitut Internazzjonali tal-Istampa.[11][12][13]
Flimkien ma' Darya Chultsova u Katsyaryna Andreeva, fid-9 ta' April 2021 ingħatat il-premju "Unur tal-Ġurnaliżmu" f'isem il-fundatur ta' BelaPAN, Aleś Lipaj.[14]
Fl-14 ta' Lulju 2021 ingħatat il-Premju Internazzjonali CPJ għal-Libertà tal-Istampa u fit-12 ta' Awwissu 2021 ingħatat il-Premju tal-Midja Libera.