Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 29 ta' Marzu 1982 Makarska, Kroazja | ||
Tul | 1.87 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1989–1999 | Hajduk Split | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1999–2004 | Hajduk Split | ||
2004–2005 | Al-Ittihad | ||
2005–2007 | VfB Stuttgart | ||
2006–2007 | → Hajduk Split (self) | ||
2007–2010 | Lokeren | ||
2010–2013 | Kortrijk | ||
2011–2012 | → Maccabi Petah Tikva (self) | ||
2014 | Krka | ||
Tim nazzjonali | |||
2003 | Kroazja |
Mario Carević (Makarska, 29 ta' Marzu 1982) huwa eks-plejer tal-futbol Kroat li lagħab bħala midfilder.[1][2]
Carević beda l-karriera professjonali tiegħu ma' Hajduk Split, fejn lagħab ħames staġuni qabel ma mar l-Għarabja Sawdita biex jissieħeb ma' Al-Ittihad. Huwa mbagħad qatta' staġun fil-Ġermanja jilgħab fil-Bundesliga ma' VfB Stuttgart, qabel ma rritornaw lejn Split fl-2006 fuq self għal sena. Fl-istaġun 2007–08 hu lagħab għal Lokeren, klabb mill-Ewwel Diviżjoni Belġjana. Fl-2010, hu ssieħeb ma' Kortrijk, fejn selfuh lil Maccabi Petah Tikva tal-Premier League Iżraeljan matul l-istaġun 2011–12.
Mat-tim nazzjonali Kroat hu għamel id-debutt fit-28 ta' April 2004 f'logħba ta ħbiberija kontra l-Maċedonja. Din s'issa hija l-uniku dehra tiegħu mat-tim tal-kbar, wara li kien regolari għat-timijiet nazzjonali taż-żagħżagħ.