Martin Laing | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 18 Jannar 1942 |
Mewt | 27 Diċembru 2023 |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Emmanuel College (en) St Lawrence College (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | negozjant |
Premjijiet |
Sir John Martin Kirby Laing CBE DL FRICS (18 ta' Jannar 1942 – 27 ta' Diċembru 2023) kien negozjant Brittaniku fl-industrija tal-kostruzzjoni.
Martin Laing kien president eżekuttiv ta’ John Laing plc, id-ditta mwaqqfa mill-bużnannu tiegħu James Laing (1816–1882), iżda rriżenja fl-2001 meta l-kumpanija ffaċċjat telf kbir fin-negozju tagħha tal-kostruzzjoni, u b'hekk spiċċat 152 sena u ħames ġenerazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-familja.[1]
Iben Sir William Kirby Laing (1916-2009) u n-neputi ta’ Sir John William Laing (1879–1978), Martin kien edukat fil-Kulleġġ ta’ St. Lawrence, Ramsgate u l-Kulleġġ Emmanuel, Cambridge. [2]
Fl-1985, huwa ħa post lil missieru Sir Kirby Laing bħala chairman ta' John Laing plc. Zijuh, Sir Maurice Laing, kien ukoll president għal xi żmien.[3]
Martin Laing ħa l-unur ta' kavallier Brittaniku (sir) fl-Unuri tas-Sena l-Ġdida 1997 għal servizzi lill-industrija tal-kostruzzjoni.
Laing baqa' president eżekuttiv tad-ditta tal-familja sal-2001 meta l-fergħa tal-kostruzzjoni tagħha nbiegħet għal £1 lil wieħed mis-sottokuntratturi tagħha, id-ditta tal-konkrit O'Rourke, immexxija minn Ray O'Rourke. In-negozju tal-kostruzzjoni John Laing kien meqjus bħala wieħed mill-kuntratturi l-kbar ta' żmienu, wara li bena kostuzzjonijiet ta' profil għoli inkluż it-Tieni Severn Crossing, iċ-Ċentru Barbican u l-impjant tal-enerġija nukleari Sizewell B, u l-bejgħ tiegħu kien mistenni li jġib 'il fuq minn £100m. Madankollu, in-negozju kien qed jiffaċċja għad ta' istanzi ta’ telf, li eventwalment ammontaw għal £200 miljun, fuq diversi xogħolijet fosthom il-Millennium Stadium ta’ Cardiff, in-National Physical Laboratory, skema PFI diżastruża f’Teddington, fil-punent ta’ Londra, u No 1 Poultry fis-City ta’ Londra. Bħala parti mill-ftehim, O'Rourke ħalla ħafna mill-kuntratti problematiċi ma' John Laing, u ħoloq Laing O'Rourke.[4]
John Laing sussegwentement biegħ in-negozji tal-proprjetà u tad-djar tiegħu lil Kier Group u Wimpey fl-2002, u sar negozju ta' investiment fl-infrastruttura qabel ma eventwalment ġie akkwistat mid-ditta ta' ekwità privata Amerikana Kohlberg Kravis Roberts fl-2021.[4]
Fil-klassifika tas-Sunday Times Rich List 2008 tal-aktar nies sinjuri fir-Renju Unit, Martin Laing tpoġġa fil-472 post b’fortuna stmata ta’ £175 miljun.[5]
Laing kien president tat-Trust għal aktar minn tliet deċennji. Huwa serva wkoll bħala president tal-British Overseas Trade Board mill-1995 sal-1999, u president tal-World Wide Fund for Nature UK mill-1990 sal-1997.[4] Huwa ġie elett fis- Soċjetà Smeatonjana tal-Inġiniera Ċivili fl-1986 u kien il-president tas-soċjetà fl-2008.[6][7]
Laing miet f’Malta fis-27 ta’ Diċembru 2023, fl-età ta’ 81 sena.[4]