Maurizio Costanzo (twieled fit-28 ta' Awwissu 1938 – miet fl-24 ta' Frar 2023)[1][2] kien preżentatur televiżiv u tar-radju, ġurnalist, xeneġġatur u direttur tal-films Taljan.
Costanzo beda l-karriera tiegħu bħala ġurnalist, l-ewwel bħala kittieb kontributur fuq Paese Sera u mbagħad bħala kap editur tal-gazzetta ta' kull ġimgħa Grazia. Fl-aħħar tas-snin 70 tas-seklu 20, huwa kien l-editur fundatur tal-gazzetta L'Occhio. B'mod parallel mal-karriera tiegħu bħala ġurnalist, huwa ħadem bħala preżentatur tar-radju u tat-televiżjoni, fejn sar magħruf għall-ironija sottili u ta' profil baxx tiegħu. L-iżjed programm popolari tiegħu, Bontà loro, kien programm stabbli tar-RAI iżda kien imġiegħel jirriżenja wara li ħarġet l-aħbar li huwa kien membru tal-loġġa tal-mażuni ta' Propaganda 2. Costanzo mbagħad mar jaħdem fuq l-istazzjon televiżiv prinċipali ta' Silvio Berlusconi, Canale 5, fejn kien il-preżentatur ospitanti ta' The Maurizio Costanzo Show.[3]
Costanzo kien id-direttur artistiku ta' Canale 5 sal-2009. Fl-2010 huwa reġa' mar jaħdem mar-RAI, bħala preżentatur tat-talk show Bontà sua. Mill-2011 beda jikkollabora wkoll ma' Radio Manà Manà.
Costanzo kien l-"aġent tal-komunikazzjoni" (konsulent estetiku u retoriku għad-dehriet fil-pubbliku) ta' bosta mexxejja politiċi Taljani. Huwa kien professur fl-Università tal-Istudji ta' Niccolò Cusano.
Costanzo kien ix-xeneġġatur ukoll ta' diversi films. Fl-1977 huwa kiteb u dderieġa l-ewwel u l-aħħar film tiegħu, Melodrammore. Fl-1966 huwa kien il-ko-kittieb tal-lirika tal-kanzunetta "Se telefonando", li saret popolari bis-saħħa ta' Mina.
Fl-14 ta' Mejju 1993, Costanzo, li kien esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-arrest tal-boss mafjużSqalliSalvatore Riina, kważi nqatel minn bomba qrib il-karozza tiegħu fi triq f'Ruma, fejn indarbu 23 ruħ.
Costanzo żżewweġ erba' darbiet.[4] Fl-1963 huwa żżewweġ lil Lori Sammartino, ġurnalista u fotografu erbatax-il sena ikbar minnu. Iktar 'il quddiem iżżewweġ lil ġurnalista oħra, Flaminia Morando, li telqet lir-raġel tagħha Alberto Michelini għal Costanzo. Costanzo u Morando kellhom żewġt itfal: Camilla (li twieldet fl-1973) u Saverio (li twieled fl-1975); iddivorzjaw fl-aħħar tas-snin 70 tas-seklu 20. Mill-1983 sal-1986 Costanzo għex mal-attriċi, doppjatriċi, xeneġġatriċi u direttriċi Simona Izzo.[5] Fis-7 ta' Ġunju 1989 huwa żżewweġ lill-preżentatriċi televiżiva Marta Flavi[6], iżda sseparaw f'Diċembru 1990 u ddivorzjaw fl-1995.[7] Meta għalaq 57 sena, fit-28 ta' Awwissu 1995, Costanzo żżewweġ lil Maria De Filippi, preżentatriċi u produttriċi televiżiva, li kienet ilha tgħix miegħu mill-1990.[8] Fl-2004, il-koppja adottat tifel ta' 12-il sena msejjaħ Gabriele.
Costanzo miet f'Ruma fl-24 ta' Frar 2023 ta' 84 sena.[9]
Due minuti di silenzio, Ruma, Canesi Editore, 1963.
L'amore in provincia. Confessioni al microfono, Milan, Sugar, 1973.
Malhumor, Milan, Bietti, 1973.
Dizionario delle idee correnti, ma' Umberto Simonetta, Milan, Bompiani, 1975.
Bontà loro, Milano, Rizzoli, 1978.
Le polemiche di Acquario, Milan, Rizzoli, 1979.
Stasera amore. Le storie di sesso e sentimento di molti italiani che avete visto su Retequattro. Da un'idea di Aurelio De Laurentiis, Milan, A. Mondadori, 1983.
Di amori ne ho avuti tanti. Una hostess. Gli italiani raccontano la loro vita, Milan, A. Mondadori, 1984.
Però che brutta paura. Un maresciallo di p.s.. Gli italiani raccontano la loro vita, Milan, A. Mondadori, 1984.
E qui comincia l'avventura. Un giovane. Gli italiani raccontano la loro vita, Milan, A. Mondadori, 1984.
Che succederà dopo la pensione? Un cameriere. Gli italiani raccontano la loro vita, Milan, A. Mondadori, 1984.
Smemorie, Milan, Rizzoli, 1984.
Caro Babbo Natale, Milan, Bompiani, 1986.
Il resto è vita, Milan, Rizzoli, 1986.
Alfredino. Il pozzo dei troppi misteri, Milan, A. Mondadori, 1987.
Orazio. Diario di un uomo straordinariamente normale, con Alberto Silvestri, Milan, A. Mondadori, 1987.
Racconti d'amore, Milan, A. Mondadori, 1988.
Teatro. Ovvero il fascino discreto della parola, Ruma, Gremese, 1990.
Bella Italia. Perché le leghe?, Milan, Rusconi, 1991.
Dove andiamo. Riflessioni a sipario chiuso, Milan, A. Mondadori, 1995.
Dietro l'angolo. Riflessioni per un anno, Milan, A. Mondadori, 1996.
La televisione è piccola, Milan, Baldini & Castoldi, 1996.
Un paese anormale. L'Italia che non ci piace, Milan, A. Mondadori, 1999.
Show. Vent'anni di storie e di personaggi, Milan, A. Mondadori, 2001.
La TV secondo me. Il futuro della televisione nella rivoluzione digitale, Milan, Il sole 24 ore, 2002.