Ninu Cremona | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Twelid | Rabat, 27 Mejju 1880 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | Rabat, 4 Jannar 1972 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb |
Ninu Cremona (Rabat, Għawdex, 27 ta' Mejju 1880 – 4 ta' Jannar 1972) kien lingwista u kittieb Malti.
Ninu Cremona, magħruf bħala Is-Sur Nin, kien bin Feliċ u Margaret Pace mwielda fil-Munxar, Għawdex. Missieru miet meta Ninu kellu ħames snin u sentejn wara mar jgħix ma' zijuh f'Tuneż u wettaq l-edukazzjoni tiegħu fi skola tal-Freres u wara fil-kulleġġ Saint-Charles.[1] Meta kellu tmien snin ġie lura Malta u fl-1898 mar is-Seminarju ta' Għawdex u tal-Furjana, fejn hemmhekk sar jaf lil Dun Karm.[2]
Fl-1900, Cremona daħal skrivan mal-Gvern u fl-1904 sar Spettur tas-Sanità wara kors fl-Ashton School of Hygene fl-Università ta' Liverpool. Fl-1928 sar l-editur responsabbli għat-traduzzjonijiet u għall-pubblikazzjonijiet kollha tal-Gvern. Cremona kien jgħallem il-Malti fil-klassijiet ta' filgħaxija u fl-1936 kien l-ewwel għalliem tal-Malti fil-Liċeo. Kien ukoll eżaminatur tal-Malti fl-Università.
Cremona kien wieħed mill-Fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti.[3] Kien Viċi President tagħha u wieħed mill-edituri ta' Il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda. L-ikbar sehem tiegħu b'risq il-Malti kien fit-tfassil tal-ortografija Maltija – li fiha għenu Ġanni Vassallo, bil-ktieb Tagħrif fuq il-Kitba Maltija li ħareġ fl-1924.
Dramm
Novelli
Lingwistika
Riċerka
Folklor
Fl-1970, Cremona ppubblika ħafna mix-xogħlijiet tiegħu ta' proża f'Antoloġija ta' Proża Maltija.
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ninu Cremona (Ninu Cremona) |