Pietro del Monte

Pietro del Monte
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

1568 - 1572
Jean Parisot de la Valette - Jean de la Cassière
Ħajja
Twelid Monte San Savinoc. 1495
Mewt Valletta, 27 Jannar 1572
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied

Pietro del Monte (1499 − 26 ta' Jannar 1572) kien nobbli Taljan li kien il-50 Gran Mastru tal- Ordni ta' San Ġwann mill-1568 sal-1572.

Pietro del Monte twieled fl-Italja fl-1499. Ismu propju kien Guido Lotti, iżda ħa l-isem San Savino del Monti fl-1550. Huwa kien neputi tal-Papa Ġulju III. Qabel wasal Malta kien patri f'Capua. Huwa ġġieled fl-assedju ta' Rodi fl-1522.

Matul l-Assedju l-Kbir ta' Malta tal-1565, del Monte kien fil-kmand tal-Forti San Mikiel fl-Isla. Għal ħafna mill-assedju, il-forti kien maqtugħ mill-biċċa l-kbira tal-kumplament tal-forzi tal-Ordni fil- Birgu. Del Monte irnexxielu jżomm il-forti għal 55 jum sal-wasla tal-forza ta' għajnuna ta' de Toledo fit-8 ta' Settembru.

Del Monte inħatar bħala Gran Mastru fit-23 ta' Awwissu 1568, tlett ijiem wara l-mewt ta' Jean Parisot de Valette. Matul il-ħakma tiegħu bħala Gran Mastru, del Ponte kompla l-bini tal-kapitali l-ġdida Valletta.[1] Fl-1569, bena Bieb Del Monte fuq disinn ta' Francesco Laparelli. Dan il-bieb twaqqa' mill-Ingliżi fl-1884 biex jagħmel il-post għal bieb akbar magħruf bħala Victoria Gate.[2] L-Ordni imxiet uffiċjalment mill-Birġu lejn il-belt Valletta fi żmien ir-renju ta' del Monte, fit-18 ta' Marzu 1571.

Il-flotta tal-Ordni ġiet imsaħħa wkoll matul ir-renju tiegħu, u ħadet sehem b'suċċess fil-Battalja ta' Lepanto fis-7 ta' Ottubru 1571.[3]

Del Monte miet fis-26 ta' Jannar 1572 u warajh laħaq Gran Mastru Jean de la Cassière.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ "History of Valletta". Valletta Local Council. Miġbur 27 November 2014.
  2. ^ "A unique work of engineering". Times of Malta. 14 June 2010. Miġbur 27 November 2014.
  3. ^ "The Knights of Jerusalem, Rhodes and Malta - Grand Masters of the Maltese period". vassallomalta.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-27 January 2020. Miġbur 27 November 2014.
Predeċessur
Jean Parisot de Valette
Gran Mastu tal-Ordni ta' San Ġwann
1568–1572

Suċċessur
Jean de la Cassière