| |||
1800-1813 Mappa ta' Malta | |||
Kapitali | Valletta | ||
Lingwi | Taljan Malti | ||
Gvern | Protettorat Re/Reġina: Ferdinand III (1800-1802) Ġorġ III (1802-1813) Kummissarju Ċivili: Alexander Ball (1799-1801) Henry Pigot (1801) Charles Cameron (1801-1802) Alexander Ball (1802-1809) Hildebrand Oakes (1809-1813) | ||
Munita | Skud Malti | ||
Preċedut minn | Okkupazzjoni Franċiża ta' Malta Għawdex 4 ta' Settembru 1800 | ||
Suċċedut minn | Kolonja ta' Malta 23 ta' Lulju 1813 |
Il-Protettorat ta' Malta kien l-isem uffiċjali ta' Malta meta kienet parti mir-Renju ta' Sqallija taħt protezzjoni Ingliża bejn l-1800 u l-1813.
Waqt ir-rivoluzzjoni Maltija kontra l-Franċiżi, il-Maltin kienu saqsew lir-Renju tal-Gran Brittanja għall-għajnuna. Il-Franċiżi ċedew f'Settembru tal-1800 u Malta uffiċjalment saret parti mir-Renju ta' Sqallija, iżda kienet taħt protezzjoni militari Ingliża. Skont it-Trattat ta' Londra tal-1801 u t-Trattat ta' Amiens tal-1802, Malta suppost ġiet irritornata lill-Kavallieri, iżda dan ma seħħ qatt. Fl-1802 il-poplu Malti ħareġ dikjarazzjoni bl-isem ta' La Dichiarazione dei Diritti degli abitanti delle Isole di Malta e Gozo fejn fiha kitbu li r-Re tagħhom kien Ġorġ III, u hu ma kellux dritt iċedi lil Malta lil pajjiż ieħor.
Fiż-żmien tal-protettorat, kien hemm ukoll il-kwistjoni jekk Lampedusa ssirx parti minn Malta. Il-gżira kienet taħt protezzjoni Ingliża ukoll, u kien hemm diversi attentati minn wieħed kummissarju Alexander Fernandez. Madankollu il-pjanijiet kienu għalxejn u ftit wara l-Ingliżi telqu minn Lampedusa u formalment iddikjaraw li ma jriduhiex fl-1814.
Malta saret kolonja mal-wasla tal-Gvernatur Thomas Maitland fl-1813, u din saret formali fit-Trattat ta' Pariġi tal-1814.