L-Iskola ta’ Drama Nazzjonali tal-Greċja (GNT Drama School) twaqqfet fl-1930, fejn ghal dawn is-snin kollha ħadmet id f’id mat-Teatru Nazzjonali tal-Greċja.
Fl-istorja tagħha ta’ 75 sena, numru kbir ta' gradwati saru atturi ewlenin u stilel tat-Teatru Nazzjonali fil-Grecja.
Fosthom insibu lil Dimitris Horn, Mary Aroni, Vasso Manolidou, Nikos Tzigias, Melina Mercouri, Thanos Kostopoulos , Alexis Solomos, Stelios Vokopoulos, Nikos Kourkoulos, Anna Synodinou u M. Zozo Zarpa[1]
Ħafna minnhom komplew jgħallmu fl-istess skola li dejjem kienet magħrufa għal-livell għoli tat-tagħlim tagħha.
Ismijiet kbar oħra li ghallmu fi-iskola jinkludu Dimitris Rondiris, Kutina Paxinou, Takis Moulenidis, Angelis Terzakis, Antigone Valakou, Tassos Lignadis, Giannis Sideris, u Emilios Hobomozios fost ohrajn [2]
L-għan ta’ din l-Iskola hija li tħarreġ u tipprovdi gwida liż-żgħażagħ li beħsiebhom jidħlu fil-professjoni tat-Teatru. Il-kors idum tliet snin u huwa mingħajr ħlas. Il-klassijiet tagħha jaqgħu fi tliet kategoriji:
L-iskola tinsab fi Pireos 52, 185 47, Neo Faliro — Piraeus, f'bini rinovat ta’ “Scholion tis Athinasies as — Irini Papa”.