Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Tony Nicholl | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Tas-Sliema, 1 Jannar 1916 |
Nazzjonalità |
Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | 11 Marzu 1999 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | plejer tal-futbol |
Mudell:Infobox biography/sport/football |
Tony Nicholl (Tas-Sliema, 1 ta' Jannar 1916 – 11 ta' Marzu 1999) kien plejer tal-futbol Malti li huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa li qatt dehru fix-xena Maltija.
Ta' disa' snin beda jilgħab fit-tim tal-iskola primarja ta' Tas-Sliema bħala gowlkiper, pożizzjoni li ma tantx irnexxielu jagħmel tant suċċess fiha. Meta ngħaqad mat-tim ta' Sliema Rovers, li kienu iddeċidew li jtuħ ċans li juri t-talent tiegħu, Tony Nicholl sab il-pożizzjoni ideali tiegħu, dik ta' attakkant.
Mal-ewwel ftit suċċess li beda jagħmel mar-Rovers mill-ewwel beda jolqot l-għajn tat-tim l-iktar famuż ta' Tas-Sliema, is-Sliema Wanderers, li kisbu l-firma tal-plejer fl-1932. Mal-Wanderers għamel suċċess kbir u sploda bħala wieħed mill-aqwa skorers letali li qatt eżistew. B'kollox magħhom skorja total impressjonanti ta' 260 gowl f'291 logħba. Dawk kienu żmenijiet sbieħ għall-futbol Malti fejn in-nies kienu jinġabru fil-Gżira Stadium biex jaraw il-logħob tal-kampjonat u Tony Nicholl kien wiehed mill-istilel li kienu jiġu mfaħħra. Nicholl kien attakant b'saħħtu u kuraġġjuż hekk kif ma kienx jibża' mill-kuntrasti u kien skorer implakabbli.
Mal-Wanderers rebaħ għal tmien darbiet it-titlu personali tal-aqwa skorer, fosthom erba' snin infila. Mal-Wanderers rebaħ 9 kampjonati nazzjonali, 8 tazez, 7 Cassar Cups u 6 Scicluna Cups.
Nicholl qatta' l-karriera kollha tiegħu mal-Wanderers ħlief għal żewġ staġuni separati li hu qatta' mat-tim Belti ta' Valletta fl-1943–44 u 1946–47.