Vaidehi | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Kundapura (en) , 12 Frar 1945 (79 sena) |
Nazzjonalità |
Indja British Raj (en) Dominju tal-Indja |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Kanariż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
poeta kittieb kittieb tal-kotba tat-tfal |
Xogħlijiet importanti | Krauncha Pakshigalu (en) |
Premjijiet |
List
|
Psewdonomu | Vaidehi |
Janaki Srinivasa Murthy magħrufa l-aktar bil-psewdonimu tagħha Vaidehi, twieldet fit-12 ta' Frar 1945. Hija femminista u kittieba Indjana magħrufa sew għall-kitbiet fittizji bil-lingwa Kannada. Vaidehi hija waħda mill-kittieba nisa tal-lingwa Kannada li kisbet l-aktar suċċess fil-lingwa u ngħatat premji prestiġjużi ta’ livelli statali u nazzjonali.[1] Hi rebħet is-Sahitya Akademi Award għall-ġabra ta’ novelli tagħha ta’ novelli, Krauncha Pakshigalu fl-2009.[2]
Vaidehi twieldet fit-12 ta’ Frar 1945 f’Kundapura taluki tad-distrett ta’ Udupi, Karnataka.[3]
Hi kienet ġejja mill-klassi soċjali tal-Brahmin, u trabbiet f’familja tradizzjonali kbira, ma’ missierha, A. V. N. Hebbar u ommha Mahalakshmi. Higgradwat b’baċellerat fil-Kummerċ mill-Kulleġġ Bhandarkar f’Kundapura. Missierha kien avukat u ommha kienet tieħu ħsieb id-dar. Huma kienu jitkellmu bid-djalett Kannadiż, magħruf bħala Kundapur Kannada, u Vaidehi tużah ukoll fix-xogħlijiet tagħha. [3][4] Vaidehi sar il-psewdonimu tagħha f’ċirkonstanzi mhux tas-soltu. Fil-bidu tal-karriera tagħha, kienet bagħtet storja għall-pubblikazzjoni f’rivista Kannada li toħroġ kull ġimgħa, iżda ftit wara talbet lill-pubblikatur biex ma jistampahiex, għax l-istorja ma kinitx kompletament fittizja u inkludiet ġrajja vera. Madankollu, l-editur injoraha u xorta ppubblika l-istorja billi bidlilha isimha għal ‘Vaidehi’. Dan l-isem baqgħet tużah għax-xogħlijiet ta’ wara, anki meta bdiet issir aktar popolari.
Vaidehi iżżewġet lil K. L. Srinivasa Murthy fl-età ta’ 23 sena. Huma kellhom żewġt ibniet, Nayana Kashyap u Pallavi Rao. Vaidehi marret tgħix f’Shivamogga wara li żżewġet. Imbagħad, il-familja marret toqgħod Udupi u aktar tard Manipal fejn għadha tgħix sal-lum il-ġurnata. Bint Vaidehi, Nayana Kashyap hija traduttriċi, kittieba tal-lingwa Kannada u għalliema tal-Ingliż. Hija ttraduċiet ftit mix-xogħlijiet letterarji ta’ Vaidehi għall-Ingliż, inkluż ħames rumanzi.