Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Iż-żingari, huma grupp ta' nies nomadi li l-antenati tagħhom oriġinarjament kienu jgħixu fl-Indja. Illum iż-żingari jinsabu kważi f'kull parti tad-dinja. Xi wħud issetiljaw, imma ħafna minnhom baqgħu nomadi. Ir-reliġjon tagħhom hija l-Kristjaneżmu u l-Islam. Iż-Żingari Kristjani jitgħammdu. Irġiel żingari Musulmani huma ċirkonċiżi fit-tfulija.
Il-Wikizzjunarju għandu daħla li għandha x'taqsam ma': Żingari |
Il-kelma Maltija żingaru, bħal fit-Taljan zingaro, fil-Franċiż tsigane u fil-Ġermaniż zigeuner, ġejja mill-Grieg athinganoi li tfisser "ma jintmissux". It-tifsira għandha konnotazzjoni negattiva (l-istess isem tal-kategorija extra-caste indjana li tagħha kienu jagħmlu parti, bħal dik li llum isib, eżempju, il-nekrofori).
Għal ħabta tas-seklu 17 dan it-terminu ħa dik il-konnotazzjoni aktar ġenerali u negattiva li għandu llum. Madanakollu hemm bosta gruppi ta' żingari li huma mkabbrin li jissejjħu b'dan il-mod; bħal dawk tal-Kalabrija, li jsejjħu lilhom infushom "iż-żingari veri".
Ħadd ma jaf kemm hawn żingari fid-dinja, minħabba li huma mqassmin fi gruppi żgħar u ħafna dravi jevitaw kull kuntatt m'aġenziji uffiċjali taċ-ċensimenti. L-estimi tal-popolazzjoni taż-żingari madwar id-dinja tvarja minn miljun sa madwar 6 miljuni. Il-parti l-kbira taż-żingari jgħixu fil-Lvant ta' l-Ewropa. Hemm ħafna gruppi taż-żingari fosthom il-Calè ta' Spanja, il-Manouches ta' Franza u s-Sinte tal-Ġermanja. It-tribu Rom huwa l-ikbar grupp taż-żingari u jgħixu kważi f'kull parti tad-dinja.
Familja Rom tikkonsisti f'raġel u mara miżżewġin, uliedhom mhux miżżewġa, uliedhom subien miżżewġa u n-nisa u t-tfal tagħhom. Ħafna drabi, familji qraba jiffurmaw banda li tgħix flimkien u jikkoperaw f'affarijiet ekonomiċi. L-ogħla awtorità hija l-kris, sistema ta' regoli t'imġieba msejsa fuq ir-reliġjon u t-twemmin filosofiku tar-Rom.
Ħafna miż-żingari jitkellmu l-ilsien tal-post li jgħixu fih. Iżda, xi wħud jitkellmu l-ilsien nattiv tagħhom, ħafna drabi msejjaħ Roman, li jagħmel parti mill-ilsna Indo-Iranjani. Ir-Roman ivarja minn post għall-ieħor.
Iż-żingari ilhom żmien twil magħrufa bħala mużiċisti u żeffiena. Huma ssellfu u żiedu mal-mużika u żfin ta' ġnus oħra. Ħafna żingari jaħdmu xogħolijiet tradizzjonalment marbuta maż-żingari bħal jaqraw il-futur, jaħdmu l-metall, jinnegozjaw iż-żwiemel u jrabbu l-annimali. Iżda, xi oħrajn jagħmlu xogħolijiet oħra.
Iż-żingari telqu mill-Indja għal ħabta tas-sena 1000 W.K u bdew jimirħu lejn il-punent fil-Lvant Nofsani. Huma waslu fil-punent ta' l-Ewropa għall-ewwel darba fil-bidu tas-seklu 15, u kienu jgħidu li ġew minn pajjiż imsejjaħ l-Eġittu ż-żgħir. Filfatt il-kelma gypsy hija forma mqassra ta' Egyptian (Eġizzjan).
Għall-ewwel, l-Ewropej laqgħu liż-żingari. Imma malajr daru kontrihom hekk kif dawn bdew jimirħu ma' l-Ewropa, jbassru l-futur u jittallbu. Iż-żingari baqgħu fl-Ewropa minkejja l-preġudizzju li beda jiżdied kontrihom. Wara li l-Ewropej bdew jikkolonizzaw l-Ameriki, xi żingari ssetiljaw f'dawn l-artijiet l-ġodda.
Waqt it-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945), in-Nazi qatlu eluf ta' żingari Ewropej. Illum ħafna iktar żingari qegħdin jissetiljaw, imma baqgħu jħarsu l-kultura unika tagħhom.