Dasyurini | |
---|---|
Dasyurus maculatus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Infraklassi: | Marsupialia |
Ordni: | Dasyuromorphia |
Familja: | Dasyuridae |
Sottofamilja: | Dasyurinae |
Ġeneri | |
Dasycercus |
Dasyurini hija tribù ta' mammiferi marsupjali karnivori ta' daqs medju li morfoloġikament qieshom mustelidi (eżempji ta' speċi membri f' din it-tribù huma, l-Kwoll, il-Mulgara u x-Xitan tat-Tażmanja).
Din it-tribù qiegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani u l-kolokolo ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae u fis-sottofamilja Dasyurinae ma' tribù oħra biss, il-Phascogalini.
Din hija l' akbar tribù fost l- 4 li hemm fil-familja Dasyuridae u tiġbor f' hija 10 ġeneri (Dasycercus, Dasykaluta 'Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex Pseudantechinus u Sarcophyllus) u bosta speċi kemm estinti kif ukoll estanti.
Fin-numru ta' ġeneri u speċi, it-tribù Dasyurini hija 'l akbar, 'l aktar ta' suċċess u 'l aktar tribù li turi diversita fil-morfoloġija Fost it-tnejn tas-sottofamilja Dasyurinae. Din it-tribù tiġbor f' hija l-ġeneru Sarcophilus u l-ispeċi Sarcophilus harrisii jew kif inhu magħruf ukoll ix-Xitan tat-Tażmanja 'l akbar speċi ħajja fost dawk tal-familja Dasyuridae.
L-ispeċi tat-tribù Dasyurini, normalment fid-daqs ikunu akbar minn dawk tat-tribù Phascogalini u saħansitra 'l akbar fost l- 4 tribù tal-familja Dasyuridae.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kwoll, Mulgara, Xitan tat-Tażmanja, Dasjuromorfju jew Dasyuromorphia)