Ganbulanyi huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori, eżattament id-dasjuromorfji tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja) u fil-familja Dasyuridae. Ganbulanyi huwa ġeneru monotipiku u jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta u huwa maħsub li hija relatata fil-qrib ma' l-ispeċi fil-ġeneru Barinya (ġie kkalkulat li din l-ispeċi kienet tiżen madwar 7 kilogrammi).
Dan il-ġeneru fossilu tal-Mijoċen, instab f' Riversleigh, fil-Majjistral ta' Queensland, fl-Awstralja.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Dasyuromorphia)