Leporidi (Fniek u Liebri) | |
---|---|
Tpinġijja ta' speċi tal-familja Leporidae | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae Fischer de Waldheim, 1817 |
Ġeneri | |
Il-Leporidi (singular leporidu) huma bejn wieħed u ieħor is-60 speċi ta' fniek u liebri li jiffurmaw il-familja Leporidae. Il-Leporidi, flimkien mal-piki, jissejħu lagomorfi u jiffurmaw wieħed mill-ordnjiet fil-klassi Mammalia, il-Lagomorpha. Il-Leporidi għandhom differenti mill-piki, il-widnejn u s-saqajn ta' wara li huma ħafna itwal u d-denb qasir u sufi. L-isem "leporidi" ġej mill-kelma latina leporis, il-ġenitiv ta' lepus, li tfisser Liebru.
Il-Leporidi huma nativi jew mifruxa b'mod naturali mad-dinja kollha minbarra l-Antartika u l-Oċejanja fejn l-introduzzjoni mill-bniedem ħolqot problema kbira għall-mammiferi nativi Awstraljani.