Mutpuracinus archiboldi Firxa tal-fossili: Mijoċen nofsani | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Infraklassi: | Marsupialia |
Ordni: | Dasyuromorphia |
Familja: | †Thylacinidae |
Ġeneru: | †Mutpuracinus |
Speċi: | †M.archibaldi |
Isem binominali | |
Mutpuracinus archibaldi |
Mutpuracinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae. Mutpuracinus huwa ġeneru monotipiku li jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta.
Dan il-ġeneru fossilu, instab f' depożiti tal-Mijoċen nofsani, fi-istat tat-Territorju tat-Tramuntana ("Northern Territory"), fl-Awstralja.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Dasyuromorphia)