Opossum nanu mistur ta' żaqqu ħamra | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Cryptonanus (Voss et al.,2005) |
Speċi: | C. ignitus |
Isem binominali | |
Cryptonanus ignitus (Díaz, Flores & Barquez, 2002) | |
Firxa ta' Cryptonanus ignitus |
L-Opossum nanu mistur ta' żaqqu ħamra jew Opossum grazzjuż ta' żaqqu ħamra, magħruf xjentifikament bħala Cryptonanus ignitus, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi nani mistura, nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum nanu mistur huwa marsupjal b'abitudni notturna (voldieri,attiv bil-lejl) b'attività minima matul il-ġurnata. Cryptonanus ignitus jgħix f'abitat ta' foresti tax-xita kemm subtropikali kif ukoll f'ambjenti tropikalment umdużi tal-muntanji. Dan huwa mammiferu primarjament arborju (jgħix fis-siġar), għalkemm jinżel mal-art biex jiekol xi frott u biex jikaċċa.
Dan il-marsupjal ġie skopert xjentifikament fl-2002, għandu l-pil ta' taħt żaqqu fin ta' lewn oranġjo fil-ħamrani u huwa ta' daqs kemxejn akbar mill-Opossum nanu mistur ta' Chacoan li kien maħsub li huma l-istess speċi.
L-Opossum nanu mistur ta' żaqqu ħamra huwa marsupjal b'dieta Omnivora, li tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħra.
Cryptonanus ignitus huwa speċi b'distribuzjoni żgħira ħafna (l' iżgħar fost l-ispeċi fil-ġeneru Cryptonanus) u jinsab jgħix fil-lokalita ta' Yuto biss, fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel, fit-Tramuntana tal-Arġentina, fil-provinċa ta' Jujuy u b'hekk huwa speċi endemika ta' din il-provinċa u tal-Arġentina.
"Gracilinanus chacoensis ignitus" u "Gracilinanus ignitus" huma sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Cryptonanus ignitus ta' Díaz, Flores & Barquez, 2002.